Il-Klijenti u l-ħaddiema ta’ Dar il-Kaptan kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis.
Fi stqarrija maħruġa mis-Segreterjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva intqal li s-Sur Agius Decelis kellu l-opportunità jsegwi mill-qrib il-ġurnata tipika ta’ persuni b’diżabilità, kif ukoll ra l-impenn tal-ħaddiema biex itejbu l-abbiltajiet ta’ dawn il-persuni li jżuru Dar il-Kaptan.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis kellu ċ-ċans jiltaqa’ wkoll ma’ xi familjari ta’ persuni b’diżabilità fejn qasmu miegħu l-esperjenzi tal-familjari tagħhom f’dawn it-tip ta’ servizzi.
Dar il-Kaptan prinċiparjament toffri żew? servizzi lejn persuni b’diżabilità, wie?ed matul il-ġurnata u l-ie?or b?ala respite. Waqt din iż-żjara Anthony Agius Decelis segwa mill-viċin programmi varji li jsiru f’Dar il-Kaptan fosthom attivitajiet b?all-indoor gym u multisensory room.
Fost affarijiet li ġew diskussi kienu l-proġetti li Dar il-Kaptan g?andha g?all-futur g?all-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità u kif dawn jistgħu jitwettqu b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva