B’referenza għal dak rrappurtat mill-mezzi tal-midja dwar sentenza tat-tribunal industrijali ta’ 12 ta' Marzu, 2021 fejn ġiet kkonfermata d-decizjoni ta’ tkeċċija ta’ waħda mil-impjegati ta’ Dar il-Kaptan skond proċeduri ta’ dixxiplina f’Mejju tal-2015, bhala wahda gusta u għaldaqstant ġie miċħud l-appell.
F’dan il-każ kontra għal dak li seta’ ġie mifhum fil-mezzi tal-midja, Dar il-Kaptan ħadet il-miżuri kollha neċċessarji u waslet għal tkeċċija ta’ waħda mill-impjegati wara li rriżulta nuqqasijiet fir-responsabbiltajiet assenjati lil din il-persuna. Dar il- Kaptan qed tieħu b’reqqa u serjeta’ l-osservazzjonijiet tat-tribunal rigward il-hidma taghha favur il-persuni b’diżabbilta’.
Għal Dar il-Kaptan dawn il-persuni m’humiex meqjusa bħala biss klijenti imma jappartjenu parti mil-famlija ta’ din id-Dar, immexxija minn grupp iddedikat ta’ ħaddiema. Matul l-esperjenza twila ta’ aktar minn 25 sena ta’ ħidma ġew stabbiliti protokolli ta’ tmexxija u organizzazzjoni, u dan ferm qabel ma’ ġew fis-seħħ l-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali fl-2018.
Filwaqt li Dar il-Kaptan jiddispjaċiha għal dak li seħħ fil-konfront ta’ waħda mill-membri, dan il-każ wera biċ-ċar li Dar il-Kaptan għaġixxiet b’serjeta’ u mxiet mal-miżuri ta’ dixxiplina kif mistħoqq. Dar il-Kaptan tħares ‘il quddiem sabiex tassigura servizz dejjem aħjar, favur il-ġid tal-membri ta’ persuni b’diżabbilta’ u l-familjari tagħhom li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’din id-Dar.